Xkafef jew rack Shelves or rack

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal XKAFEF jew RACK. L-ewwel sinjal juża ż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jimxu min-nofs għall-ġnub imbagħad jitilgħu livell ftit għola darbtejn u jerġgħu jirrepetu l-istess moviment. It-tieni sinjal jixbaħ l-ewwel wieħed imma flok jibda minn livell baxx jibda għoli u jinżel livell meta jirrepeti l-moviment. Ukoll jirrepetih darba mhux darbtejn.

There are two similar signs for SHELVES or RACK. The first sign uses both hands in the shape of 5 with palms facing downwards. The hands move from the centre to the sides and then move up a level higher twice and repeat the same movement. The second sign is very similar to the first but starts at a high level instead of a low one and then moves down and repeats the movement only once not twice.